Lokali

Raġel b’rabtiet mal-mafja arrestat mal-wasla minn Malta

Il-Pulizija f’Pozzallo arrestaw lil raġel li kien għadu kif wasal minn Malta u li kien imfittex fuq rabtiet mal-mafja, fost oħrajn.

Simone Gaetano, raġel ta’ 48 sena minn Gela, suppost kien taħt arrest preventiv iżda ħarab mill-Pulizija u spiċċa f’Malta.

Apparti rabtiet mal-mafja, Gaetano kien akkużat ukoll b’estorsjoni, traffikar ta’ droga u wkoll pussess illegali ta’ armi.