Lokali

Splodiet il-kriżi insostenibbli ta’ nuqqas t’għalliema

Issa li daħlet fir-4 ġurnata s-sena skolastika l-ġdida fl-iskejjel tal-Gvern, saret aktar evidenti l-kriżi kbira ta’ għalliema li hemm fis-settur, b’ħafna mill-għalliema jingħataw klassijiet mdaqsa x’jgħalmu jew saħansitra ebda għalliem assenjat f’ċerti klassijiet.

Jispikka lment li rċievejna mingħand ġenituri mħassbin kif uliedhom fir-raba’ sena l-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ Santa Tereża, fl-Imrieħel, la għadhom għalliem tal-Ingliż u wisq anqas tad-Disinn u t-Teknoloġija, f’sena tant importanti qabel l-O Levels.

Jidher li l-unika soluzzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni hija li jraqqa l-pannu bil-qargħa aħmar billi jingaġġa għalliema barranin, minflok joffri kundizzjonijiet aħjar u xierqa għall-professjoni tal-għalliema.

Stqarrija tal-Fakultà tal-Edukazzjoni aktar kmieni dan ix-xahar ikkonfermat kif ż-żgħażagħ qed jagħżlu korsijiet oħrajn offruti mill-Università, għax dawn iwasslu għal xogħlijiet b’pagi aħjar minn dawk ta’ għalliema. L-appell hu sabiex il-Gvern jieħu inizjattivi fit-tul …. jizdied l-istipendju tal-għalliema waqt li qed jistudjaw, u jiżdiedu l-pagi meta jidħlu fil-professjoni – sejħa li sa issa waqgħet fuq widnejn torox.