Lokali

3 arrestati wara li nqabdu b’pusses tad-droga

Drogi varji - ritratt mill-arkivji

L-Iskwadra ta’ kontra d-Droga tul il-lejl li għadda wetqet arrest ta’ tliet persuni ta’ nazzjonalità Afrikana mill-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan, wara li nqabdu fil-pussess ta’ ammont ta’ boroż jikkonsistu ħaxixa tal-kannabis u trab abjad suspettat kokaina, lesti biex jiġu ttraffikati.

L-etajiet tal-persuni jvarjaw minn 20 sa 24 sena, b’wieħed minnhom residenti Ħal Qormi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u l-persuni mistennija jitressqu l-Qorti taħt arrest għada quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit

Tags