Internazzjonali

70 sena taċ-Ċina komunista: Jippersistu l-protesti f’Hong Kong

Wirja ta' qawwa ekonomika u militari

Fil-jum li ċ-Ċina qed tiċċelebra s-70 sena anniversarju taċ-Ċina komunista
baqgħu jippersistu l-protesti f’Hong Kong.

In-nies f’Hong Kong komplew il-protesti tagħhom f’kumpless tax-shopping f’Causeway Bay. Ħafna jinsabu liebsa l-iswed, tradizzjoni li bdiet tul dan is-sajf fil-protesti li diġà twettqu fil-belt.

Ħafna kienu qed iżommu kartelluni b’appell biex titwaqqaf it-tmexxija dittatorjali, u biex il-poplu jerġa’ jkollu d-demokrazija mixtieqa.

Avveniment li spikka huwa li mal-art tpinġew numru ta’ graffiti li jgħidu “Alla jeqred lill-Gvernijiet Komunisti, demm għal demm”.

Intant fiċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru maċ-Ċina kollha, fil-kapitali Beijing intwerew missili ġodda, fosthom armi nukleari.