Argument bejn ħamsa fi Triq l-Erba’ Qaddisin, f’Ħal Qormi, iħalli raġel isofri ġrieħi gravi. Il-każ għall-ħabta ta’ 12.05pm.
minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ argument bejn żewġt irġiel ta’ 20 sena residenti l-Fgura, raġel ta’ 46 sena residenti Ħal Luqa, mara ta’ 33 sena residenti l-Fgura u raġel ta’ 65 sena residenti wkoll il-Fgura.
Iż-żewġt irġiel ta’ 20 sena u r-raġel ta’ 46 sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
Aktar tard wieħed mill-irġiel ta’ 20 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li r-raġel ta’ 46 sena sofra minn ġrieħi ta’ natura ħafifa. Il-kundizzjoni tar-raġel l-ieħor ta’ 20 sena għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>