Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Martin Micallef li għal dawn l-aħħar sentejn serva bħala chairperson tal-Awtorita’ tax-Xandir.
Net News hu infurmat li hu miet matul il-lejl wara li kien ilu ġimgħat jissielet kontra l-marda tal-kanċer.
Martin Micallef kien daħal fit-tmexxija tal-BA f’Mejju tal-2017, wara snin twal ta’ esperjenza fix-xandir, inkluż produzzjonijiet ma’ RAI u France 3. Micallef kellu 61 sena.
Fi stqarrija, l-Awtorità tax-Xandir qalet li ċ-chairperson se jibqa’ mfakkar għall-professjonalita’ u d-deikazzjoni li kellu.
Intant il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta’ Martin Micallef u wassal il-kondoljanzi lil martu, wliedu, l-familja u l-qraba.
Net News ukoll isellem il-memorja ta’ Micallef u jwassal il-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha.
//= $special ?>