L-atleta Maltija Janet Richard kienet 0.04 ta’ sekonda bogħod milli tikser ir-rekord nazzjonali fl-400 metru ta’ Tanya Blake. Richard kienet l-unika Maltija li ħadet sehem fil-Kampjonati tad-Dinja tal-atletika li qed isiru f’Doha.
Hi waqqfet l-arloġġ f’54.33 sekonda li kien l-aħjar riżultat għaliha din is-sena iżda spiċċat 0.05 ta’ sekonda bogħod mir-rekord ta’ Blake li kien sar fl-2008. Hi ħadet sehem fit-tielet heat u spiċċat fit-tmien post.
//= $special ?>