Raġel ta’ 36 sena minn Bormla ġie mixli li nhar il-Ħadd li għadda bejn it-8.00 pm u 11.45pm fin-Naxxar huwa sawwat lis-sieħba tiegħu fit-triq wara argument bl-istess argument jiskala saħansitra fl-Għassa tal-Pulizija.
L-akkużat ġie mixli li ta diversi daqqiet ta’ ponn lill-vittma u hekk kif hija baqgħet serjra l-Għassa biex tagħmel rapport dwar is-swat fejn allegatament sawwatha hemm ukoll.
Huwa ġie mixli wkoll li kkaġuna lil mara ġrieħi gravi, nġurjaha, dejjaqha, li kiser il-paċi pubblika, b’għajjat, ġlied u kliem faħxi li jikkonsisti f’dagħa. Ġie mixli wkoll li nġurja u ħareġ mill-limiti tal-provokazzjoni u li kkaġuna lis-sieħba tiegħu biża, dik li kienet se tintuċa vjolenza fil-konfront tagħha u ta’ min jiġi minnha.
Il-Qorti laqgħet it-talba għal ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-allegata vittma u anke laqgħet it-talba magħmula mill-Avukati tiegħu Franco Debono u Amadeus Cachia biex jingħata l-libertà proviżorja.
Il-Maġistrat Audrey Demicoli ordnat lill-akkużat biex jagħmel tajjeb għall-pleġġ permezz ta’ depożitu ta’ €6,000 u garanzija personali ta’ €8,000, li jiffirma l-Għassa tal-Pulizija darba kuljum u li ma joħroġ mid-dar qabel is-6.00 a.m. u jkun ġewwa sal-10.00 p.m. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Eman Hayman u Clayton Camilleri.
//= $special ?>