Fil-preżent teżisti spekulazzjoni li fil-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ San Ġiljan ASC tal-25 ta’ Ottubru li ġej se jkun hemm kontestazzjoni bejn żewġ persuni biex jimlew il-post vakat ta’ Daniel Aquilina li ħabbar li mhux se jibqa’ bħala President tal-klabb. Dawn huma n-negozjant Edward Zammit Tabona u l-Avukat Clarence Busuttil.
Sorsi fi ħdan il-klabb Ġiljaniż qalu li Zammit Tabona qed jimmira bis-saħħa li jsir President tal-klabb anki minħabba skopijiet politiċi u kummerċjali tiegħu. Dan hekk kif jidher li jeżisti ħsieb biex qrib il-pitch ta’ San Ġiljan, jibda jkun sorġut wieħed mil-laneċ li joperaw bejn Marsamxett u Tas-Sliema, negozju li Zammit Tabona hu wieħed mid-diretturi tal-kumpanija li tmexxi dan in-negozju.
San Ġiljan jinsabu fil-proċess biex jagħmlu l-proġett tal-pitch u għalhekk din il-possibbiltà qabel jinbena l-pitch, qed titfa’ dubji minħabba li tista’ tħalli effett fuq l-ambjent tal-baħar madwar il-klabb Ġiljaniż minħabba li bħalissa dawk kollha li jilagħbu, jitħarrġu quddiem l-istess klabb.
Is-sorsi ta’ Net Sports fil-klabb Ġiljaniż indikaw li Busuttil jinsab urtat b’dan il-ħsieb u minbarra li rriżenja mill-kumitat, qed jikkunsidra serjament li jikkontesta għall-ogħla kariga fil-klabb Ġiljaniż.
Minbarra, Daniel Aquilina, il-Viċi President Ivan Said ukoll għażel li ma jikkontestax. Għalkemm in-nomini għadhom mhux miftuħa u mhu xejn konfermat, jidher li jista’ jkun hemm dwell bejn dawn iż-żewġ persuni.
//= $special ?>