Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel ta’ 23 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa u nofs fi Triq Ganni Faure’, Ħal Tarxien.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li, raġel mill-Gambja waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.