Lokali Qorti

Sentejn ħabs wara li wera materjal pornografiku lil tfal taħt l-età

Raġel ta’ 34 sena u li ma jaħdimx ġie kkundannat sentejn ħabs wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli li wera u qassam materjal pornografiku lil persuni taħt l-età.

r-raġel ammetta li wettaq dawn ir-reati f’Settembru li għadda kif ukoll fix-xhur u s-snin ta’ qabel. Huwa ammetta wkoll li akkwista aċċess permezz ta’ teknoloġiji u nformazzjoni u li kellu fil-pusses tiegħu materjal indiċenti.

L-Avukat tal-ħati Graziella Tanti qalet lill-Qorti li r-raġel għandu bżonn l-għajnuna bil-Qorti tordna wkoll li huwa jingħata ordni ta’ trattament u li l-materjal kollu pornografiku jiġi distrutt. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roxanne Tabone.