Futbol Sport

Tottenham umiljati minn Bayern Munich u Real Madrid isalvaw punt lejn it-tmiem

(Ritratt: UEFA Champions League)

Tottenham Hotspur kienu umiljati f’darhom minn Bayern Munich 7-2 f’dik li hi l-akbar telfa li sofrew f’kompetizzjoni Ewropea. Kien it-tim Ingliż li mar fil-vantaġġ fit-12-il minuta b’xutt fil-baxx ta’ HEUNG-MIN SON iżda JOSHUA KIMMICH ġab id-draw tliet minuti wara, b’ROBERT LEWANDOWSKI jiskorja ġmiel ta’ gowl qabel tmiem l-ewwel taqsima.

SERGE GNABRY skorja doppjetta bejn it-53 u l-55 minuta u għamel l-iskor 4-1. HARRY KANE deher li seta’ jagħti tama ġdida lil Tottenham b’gowl minn penalty fil-61 minuta, iżda SERGE GNABRY kompla l-festa Bavarjana fit-83 minuta. ROBERT LEWANDOWSKI għamilhom 6-2 erba’ minuti wara f’azzjoni mill-aqwa biex minuta wara reġa’ kien SERGE GNABRY li kabbar l-iskor għal 7-2.

Real Madrid irnexxielhom jevitaw umiljazzjoni u temmew 2-2 kontra Club Bruges fi Stadio Bernabeu. L-attakkant Niġerjan EMMANUEL BONAVENTURE ħasad lill-Ispanjoli b’gowl fid-disa’ minuta, bl-istess EMMANUEL BONAVENTURE f’azzjoni li l-gowlkiper Thibaut Courtois seta’ għamel aħjar. Real Madrid naqqsu d-distakk fl-54 minuta b’daqqa ta’ ras tal-captain SERGIO RAMOS minn pożizzjoni dubjuża ta’ offside, bil-midfielder Casemiro jġib id-draw fil-85 minuta, sekondi wara li tkeċċa Ruud Vormer għat-tim Belġjan.

Mill-istess grupp, Paris Saint-Germain kisbu t-tieni rebħa din id-darba fuq Galatasaray. Il-gowl li ddeċieda l-logħba wasal fit-52 minuta b’MAURO ICARDI jkompli għal ġewwa azzjoni maħduma tajba.

Juventus kisbu l-ewwel rebħa fi Grupp D b’rebħa ta’ 3-0 fuq Bayer Leverkusen. GONZALO HIGUAIN fetaħ l-iskor fis-17-il minuta meta kkontrolla tajjeb il-ballun fl-arja u skorja b’xutt fil-baxx. FEDERICO BERNARDESCHI rdoppja fit-63 minuta minn qagħda ideali. CRISTIANO RONALDO ssiġilla r-rebħa fid-89 minuta.

Atletico Madrid għelbu lil Lokomotiv Moscow 2-0 barra minn darhom. Il-gowls waslu fl-ewwel kwarta, b’JOAO FELIX jiftaħ l-iskor fit-48 minuta u THOMAS PARTEY irdoppja għaxar minuti wara meta kompla għal ġewwa.

Atalanta kienu resqin lejn l-ewwel punt fil-UEFA Champions League iżda sofrew gowl fl-aħħar sekondi biex tilfu 2-1 f’San Siro. Josip Ilicic kellu penalty salvat minn Andriy Pyatov fis-16-il minuta iżda l-gowlkiper naqas li jsalva d-daqqa ta’ ras ta’ DUVAN ZAPATA 12-il minuta wara. Shakhtar ġabu d-draw fil-41 minuta b’Junior Moraes jaqbeż lil Pierluigi Gollini qabel xeħet fix-xibka. Kien fil-95 minuta li MANOR SOLOMON skorja l-gowl tar-rebħa b’xutt b’saħħtu.

Manchester City għelbu lil Dinamo Zagreb 2-0 f’darhom, bil-gowls jaslu minn RAHEEM STERLING fis-66 minuta filwaqt li s-sostitut PHIL FODEN għalaq il-logħba fil-95 minuta.

Red Star Belgrade kisbu rebħa prezzjuża ta’ 3-1 f’darhom kontra Olympiacos. Ruben Semedo kien poġġa lit-tim Grieg fil-vantaġġ fis-37 minuta, iżda Milos Vulic ġab id-draw fit-63 minuta. Kien NEMANJA MILUNOVIC li skorja l-gowl tal-vantaġġ fis-87 minuta biex RICHMOND BOAKYE għalaq il-logħba tliet minuti wara.

Riżultati kollha

Grupp A: Galatasaray v PSG 0-1, Real Madrid v Club Bruges 2-2

Grupp B: Red Star Belgrade v Olympiacos 3-1, Tottenham v Bayern Munich 2-7

Grupp Ċ: Atalanta v Shakhtar Donetsk 1-2, Manchester City v Dinamo Zagreb 2-0

Grupp D: Juventus v Bayer Leverkusen 3-0, Lokomotiv Moscow v Atletico Madrid 0-2