45 immigrant ieħor iddaħħlu f’Xatt it-Tiben fil-Floriana għall-ħabta tad-9pm tal-bieraħ. Dan fi tmiem operazzjoni oħra ta’ salvataġġ mill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermat dan ma’ NET News wara li l-għaqda internazzjonali mhux governattiva Alarm Phone appellat għall-intervent ta’ salvataġġ.
L-organizzazzjoni qalet li tinsab infurmata minn dawk abbord id-dgħajsa li fosthom hemm ukoll sebat itfal u żewġ nisa tqal.
Fuq Twitter, Alarm Phone qalet li għal xi ħin, l-awtoritajiet Maltin irrifjutaw li jagħtu l-informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ salvataġġ, hekk kif l-organizzazzjoni tilfet il-kuntatt mad-dgħajsa bl-immigranti.
//= $special ?>