Dina Asher-Smith kisbet l-akbar titlu fil-karriera sa issa hekk kif rebħet il-200 metru biex tat l-ewwel midalja tad-deheb lit-tim Britanniku f’dawn il-Kampjonati tad-Dinja. Aktar kmieni din il-ġimgħa hi temmet it-tieni wara Shelly-Ann Fraser-Pryce fil-100 metru. Fl-2015 hi kienet spiċċat il-ħames u fl-2017 temmet ir-raba’ fil-200 metru.
Iċ-champion Ewropea sar l-ewwel mara li ġriet din it-tellieqa taħt it-22 sekonda, b’ħin ta’ 21.88 sekonda li hu rekord nazzjonali wkoll. Brittany Brown tal-Istati Uniti u Mujinga Bambundji tal-Iżvizzera spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.
Johnson-Thompson fil-quċċata tal-heptathlon
Katarina Johnson-Thompson għandha vantaġġ ta’ 96 punt fuq iċ-champion renjanti Nafissatou Thiam wara erba’ avvenimenti tal-heptathlon . Johnson-Thompson li għandha 26 sena, ħadet vantaġġ bikri wara li għamlet il-100 metru hurdles f’13.09 sekondi, qabel laħqet lil Thiam b’qabża ta’ 1.95 metru fil-high jump.
Il-Belġjana reġgħet marret fil-quċċata b’riżultat ta’ 15.22 metri fix-shot put filwaqt li Johnson-Thompson tefgħet 13.86 metru. Iżda l-Britannika kisbet l-aħjar riżultat tal-istaġun fil-200 metru f’23.08 sekonda u b’hekk għandha total ta’ 4,138 punt. Thiam tinsab it-tieni b’4,042 punt u l-Amerikana Kendell Williams qegħda fit-tielet post b’3,855 punt.
//= $special ?>