Dalgħodu għall-ħabta tat-8:30am il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq il-Wied, Ħal Qormi.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħal Qormi marru fil-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 35 sena, residenti Santa Venera kien qed isuq rota meta seħħ impatt ma` vettura tat-tip Honda fit, misjuqa minn raġel ta’ 39 sena, residenti Ħal Qormi.
Fil-post issejħet l-ambulanza li ħadet liċ-ciklist l-Isptar Mater Dei għal kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>