Lokali

Għada jingħata bidu għat-tieni staġun ta’ Fattigi

Hekk kif wasalna f’nofs l-ewwel ġimgħa tal-iskeda l-ġdida ta’ Net Television, l-attenzjoni issa iddur fuq drama oħra li se tagħmel ritorn fuq Net Television.

Din hi d-drama “Fattigi” li se tibda fit-tieni staġun tagħha.  Tkellimna mal-awtur Brian Muscat dwar x’għandhom jistennew it-telespettaturi f’dan ir-ritorn ta’ Fattigi.

Brian Muscat qal li l-istorja se tkompli mal-karattri prinċipali iżda se jkun hemm ukoll karattri ġodda.

Fattigi jixxandar fuq Net Television nhar ta’ Ħamis fit-8.30p.m.