Lokali

Il-Qorti tilqa’ l-mandat ta’ inibizzjoni mitlub mill-MUMN

Il-Qorti laqgħet temporanjament it-talba tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) u għaldaqstant ħarġet mandat ta’ inibizzjoni li jwaqqaf lill-Gvern milli jinnegozja mal-UĦM Voice of the Workers, għall-ftehim settorjali għan-nom tal-fiżjoterapisti fis-servizz pubbliku.

Il-kwistjoni ddur madwar min għandu d-dritt li jirrappreżenta lill-fiżjoterapisti bl-MUMN issostni li għandha l-maġġoranza tal-fiżjoterapisti li huma membri tagħha. Min-naħa l-oħra, il-Gvern u l-UĦM qed jinsistu li din tal-aħħar għandha l-għarfien uffiċjali tal-professjonijiet tas-saħħa oħrajn (Allied Health Professionals), li jinkludi lill-fiżjoterapisti.

Wara li laqgħet proviżorjament it-talba, il-Qorti mistennija tisma’ l-każ f’iktar dettall minn nhar it-Tlieta li ġej.