F’Malta hemm bżonn li l-‘quantum leap’ tittieħed fl-industrija tal-kostruzzjoni f’dak li għandu x’jaqsam kwalità u mhux noqgħodu moħna fin-numri.
B’diskors li jalludi għal dak li qal is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia meta tkellem dwar il-fondi Ewropej, il-President tal-Kamra tal-Periti David Xuereb saħaq li b’titjib qawwi fil-kwalità tal-industrija biss nistgħu nassiguraw futur robust u kredibbli għall-ekonomija tal-pajjiż.
Waqt il-konferenza Nazzjonali ‘Construction Industry & Property Market, Xuereb saħaq li l-importanza tal-industrija tal-bini fl-ekonomija ta’ Malta ħadd ma jista jiċħadha madanakollu l-persuni fit-tmun ta’ din l-industrija u l-pajjiż għandhom jingħaqdu f’diskussjoni sabiex ifasslu pjan għal għaxar snin li ġejjin. Dan bil-għan li l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin tkun fil-quċċata tal-interessi tal-industrija.
//= $special ?>

