Wara li t-Tnejn faqqghet il-kontroversja tal-uffiċjali tas-sigurtà fl-Universita’ li waqfu lill-istudenti milli jilbsu maskri tal-Ministru tat-Transport Ian Borg u tal-President tal-MDA, Net News ha l-kummenti tal- Moviment Graffiti li kieku huma li provaw idahhlu dawn il-maskri waqt Freshers’ Week
Dakinhar li sehh il-kaz, uffiċjali tas-sigurta qalu lill-istudenti li protesti politiċi mhux aċċettati fl-Università; mossa li ġiet deskritta minn ħafna bħala waħda li qatt ma saret qabel.
Dwar dan l-istudenti preżenti nsistew li m’għamlu xejn ħażin għajr li esprimew it-tħassib tagħhom fuq il-qerda ambjentali li qed issir f’pajjiżna.
Fi stqarrija, l-Akkademiċi qalu li huma jinkoraġixxu u jemmnu f’dibattiti politiċi. Huma sostnew li l-Università ghandha tkun xempju ta kif għandha tkun soċjetà taħt Gvern demoktariku.
//= $special ?>
