Lokali

Jaslu aktar immigranti f’Malta

Iktar immigranti waslu Malta f’dawn l-aħħar sigħat.

Wara li t-Tlieta filgħodu  nġiebu f’pajjiżna 67 immigrant,  u 45 oħra t-Tnejn bil-lejl f’zewg gruppi separati….fl-aktar kaz ricenti, patrol boat oħra bl-immigranti daħlet f’Xatt it-Tiben kmieni l-Erbgħa filgħodu.

Dawn it-tliet wasliet f’temp ta’ ftit sighat sehhew kważi għaxart ijiem wara li pajjiżna laqa’ tliet gruppi oħra ta’ immigranti, fil-21 ta’ Settembru. Dakinhar, tliet patrol boats kienu ġabu lejn Malta 265 immigrant waqt li fl-istess ġimgħa kien hemm ukoll erba’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ oħra, b’madwar 232 immigrant oħra.

L-ammont ta’ immigranti li nġiebu Malta mill-bidu tas-sena ‘l hawn issa qabeż l’2,000 ruh, bl-ammont mistenni li jkompli jiżdied.

L-ammont dejjem akbar ta’ immigranti li ddahhlu f’Malta f’dawn ix-xhur wasslu biex, fi kliem il-Ministru Michael Farrugia stess, iċ-ċentri li jilqgħu l-immigranti jinsabu taħt stress enormi.Dan apparti l-fatt li l-Gvern Malti mhux jirnexxielu jikkonvinci lill-pajjizi l-ohra Ewropej sabiex ikun hemm sistema ta’ distribuzzjoni tal-immigranti li tkun obligatorja.