Fl-aħħar ħin seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Warda f’Ħ’Attard. Jidher li karozza inqalbet u jista’ jkun li hemm xi persuni li weġġgħu. L-inċident seħħ ftit ‘il bogħod mill-iskola primarja tal-lokal u minn Triq Valletta li bħalissa jkun għaddej ħafna traffiku minnha.
Jidher li mara ta’ 57 sena minn Ħal Qormi għal xi raġuni baqgħet dieħla f’karozza ipparkjata u inqalbet. Kien hemm bżonn intervent tal-Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex ħarġu lill-vittma mill-vettura. Tim mediku ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Għal xi ħin, it-triq kienet magħluqa għat-traffiku.
//= $special ?>