Futbol Sport

Organizzat ir-raba’ rawnd tal-kampjonat tad-Drag Racing

Fl-aħħar jiem, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing organizzat ir-raba’ rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed fit-trakka f’Ħal Far.

Reuben Micallef, Steve Bugeja, Hadrian Borg u Catriel Dimech rebħu l-kategoriji ta’ bejn l-10 u t-13.49 sekonda. Noel Buttigieg rebaħ il-kategorija bejn id-9.50 u d-9.99 sekondi filwaqt li Mark Bugeja u Dennis Desira rebħu l-kategoriji bejn it-8.50 u 8.99 sekondi u t-tmien sekondi u t-8.49 sekondi rispettivament.

Luke Mercieca, Semira Galea u Kain Gauci rebħu l-klassijiet Index 1, Index 2 u Index 3 rispettivament. Mark Farrugia rebaħ il-klassi Open 2 u Extreme 2. Desira rebaħ il-klassi CA6, Clinton Degiorgio rebaħ il-klassi Front Wheel Drive u Noel Debattista rebaħ il-klassi Nitro.

Antoine Schembri rebaħ il-klassi D5 filwaqt li Luca Mangion rebaħ il-klassi Junior Dragster. Il-klassi Front Wheel Drive Outlaw intrebħet minn Daniel Micallef filwaqt li Chantelle Zammit rebħet il-klassi Escort 2 u l-klassi Escort 3. Nicholas Farrugia rebaħ il-klassi Open 6.

Fil-klassijiet tal-muturi, Chris Vella rebaħ il-Motorcycle Index 8.5 u l-kategorija bejn it-8.5 u t-8.99 sekondi u Briegal Micallef spiċċa l-ewwel fil-klassi SS1 u Motorcycle Open Class. Alan Muscat rebaħ Plattina għal klassi DTF u DTA6 filwaqt li l-aħjar reazzjoni fuq il-ħin kienet ta’ John Camilleri.

Il-ħames u r-rawnd finali tal-kampjonat tad-Drag Racing se jiġi organizzat bejn il-Ħamis 14 u l-Ħadd 17 ta’ Novembru fit-trakka ta’ Ħal Far.