Kunsilli Lokali Lokali

Radd lura l-flus lill-komunita’…u ġibed baraxx ta’ kummenti pożittivi

Azzjoni li ħa kunsillier tal-Partit Nazzjonalista fil-Mosta ġibdet reazzjoni mill-aktar pożittiva min-nies, hekk kif dan il-kunsillier għażel li minflok jieħu l-onorarja li tingħata lilu mill-Kunsill…investa dawn il-flus lura fil-komunita’.

Hekk għamel Joseph Gatt meta fl-aħħar jiem ħawwel nurmu ta’ siġar taż-żebbuġ fil-Mosta, bil-flus illi ingħata mill-Kunsill Lokali. Fi kliem sempliċi, iċ-ċekk li rċieva investih fl-ambjent tal-lokal.

Din il-mossa ġabet mewġa ta’ kummenti pożittivi fuq il-media soċjali. B’uħud jgħidu li ħaddieħor għandu jieħu dan l-eżempju.