Lokali

Reazzjoni pożittiva mill-gwu għad-dokument ippubblikat mill-PN

Id-Dokument tal-Partit Nazzjonalista għal Qabel il-Budget tas-sena d-dieħla jinkludi fih għadd ta’ proposti li għandhom x’jaqsmu max-xogħol.

Din kienet ir-reazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-GWU f’kumment lil NET dwar id-Dokument “A Balanced Economy, A Sustainable Society” ippubblikat mill-Partit Nazzjonalista b’ideat u proposti għall-Budget 2020.

Josef Bugeja elenka wkoll għadd ta’ proposti li qal li huma viċin dawk proposti mill-GWU innifisha. Madankollu, hu esprima d-diżappunt li dawn baqgħu qatt ma ġew implimentati minn dan il-Gvern.

Fost l-oħrajn, hu semma’ l-proposta li tonqos it-taxxa fuq l-overtime u fuq il-part-time, kif ukoll il-proposta li l-ħaddiema kollha għandhom ikunu membri fi trejdunion, fost l-oħrajn.

Fuq kollox, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU qal li l-Dokument hu wieħed vast u li jilħaq diversi setturi tas-soċjetà.