Lokali

Triq tisfronda b’karozza f’Ħal Qormi

Ilbieraħ fi Triq Għar Ram, fil-limiti ta’ Ħal Qormi, fiż-żona magħrufa bħala tal-Ħandaq seħħ inċident ikraħ fejn triq sfrondat waqt li vettura kienet għaddejja minnha.

Skont informazzjoni li kiseb NET News, din it-triq suppost tlestiet madwar sena ilu, minn fondi li l-Gvern kiseb mill-Unjoni Ewropea hekk kif anke tixhed plakka li hemm imwaħħla fil-bidu tat-triq.

Madanakollu, kif inhu evidenti, din it-triq tħalliet mitluqa u ta’ detriment għal kull min jsuq minnha.

Ir-residenti tal-lokal ilhom jwasslu l-ilmenti tagħhom dwar dan iżda dejjem waqa’ fuq widnejn torox.