L-iskandu tal-Panama Papers u n-nuqqas ta’ azzjoni mill-Gvern Laburista qed iħalli impatt negattiv fuq ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Dan kompla llum, hekk kif Membri tal-Parlament Ewropew ikkundannaw lill-Gvern Malti għan-nuqqas ta’ azzjoni waqt is-smigħ tal-Kummissarju Helena Dalli.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li l-kundanna għall-mod kif Muscat m’għamel xejn fid-dawl ta’ skandlu daqshekk kbir ġab kundanna waħda wara l-oħra. Issa eks Ministru tal-Kabinett stess, Helena Dalli, qed twissi lil Muscat li hi kienet tagħmel l-affarijiet ferm differenti. Għalhekk il-mistoqsija issa hi “x’qed iżomm lil Muscat milli jneħħi lil Keith Schembri u Konrad Mizzi?”.
Muscat għandu jieqaf jilgħab bl-istituzzjonijiet u minflok, ineħħi lil Keith Schembri u Konrad Mizzi, filwaqt li jara li min għamel ħażin jerfa’ responsabbiltà.
//= $special ?>