Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-Malta Football Association issospenda żewġ plejers mill-Kampjonat Premier wara l-partiti tal-ħames ġurnata. Dawn huma Paul Fenech ta’ Balzan u Augusto Caseres ta’ Floriana. Fenech irċieva r-raba’ karta safra fit-telfa ta’ Balzan kontra Gżira United u se jitlef il-konfront ta’ kontra Gudja United. Caseres tkeċċa fir-rebħa ta’ Floriana kontra Gudja United u se jitlef il-logħba kontra Tarxien Rainbows.
Mill-Ewwel Diviżjoni, il-plejer ta’ Fgura United Gilbert Martin ġie sospiż tliet logħbiet filwaqt li Sheldon Grech ta’ Qormi u Jeremy Busuttil ta’ Żejtun Corinthians ġew sospiżi logħba.
Mit-Tieni Diviżjoni, Aaron Agius ta’ Kalkara, Andrew Abela ta’ San Ġwann, Alexander Cauchi ta’ Xgħajra Tornados u Karl Sacco ta’ Żurrieq ġew sospiżi logħba, bil-kowċ ta’ Żabbar St. Patrick Dennis Apap hu sospiż logħba wkoll.
Mit-Tielet Diviżjoni, Adrian Bonavia ta’ Marsaskala ġie sospiż tliet logħbiet, Nicholas Joe Cauchi ta’ Msida St. Joseph ġie sospiż żewġ logħbiet u l-uffiċjal ta’ Għargħur Shandre Borg se jitlef il-logħba li ġejja.
//= $special ?>