Fiji kisbet l-ewwel rebħa f’din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja b’rebħa ta’ 45-10 kontra Georgia, grazzi għal sitt tries fit-tieni taqsima. B’din ir-rebħa huma telgħu fit-tieni post u din it-tieni l-akbar rebħa għalihom f’Tazza tad-Dinja, kważi tfisser li Fiji huma ċerti li jiksbu kwalifikazzjoni diretta għall-edizzjoni li jmiss fl-2023.
Waisea Nayacalevu kien poġġa lil Fiji minn fuq iżda penalty ta’ Soso Matiashvili naqqas id-distakk għal erba’ punti sal-ħin tal-mistrieħ. Iżda fit-tieni taqsima, Frank Lomani, Josua Tuisova, Semi Kuntatani, Api Ratuniyarawa u żewġ tries ta’ Semi Raradra taw punt żejjed lil Fiji. Mamuka Gorgodze kiseb try ta’ konsolazzjoni għal Georgia.
Fiji ttemm l-impenji kontra Wales l-Erbgħa 9 ta’ Ottubru filwaqt li Georgia tilgħab l-aħħar logħba fil-grupp kontra l-Awstralja l-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru.
//= $special ?>