Lokali

Imut l-eks ambaxxatur Ives de Barro

Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks ambaxxatur Malti Ives de Barro li għal snin twal mexxa l-ewwel ambaxxata Maltija fl-Eġittu.

Hu kellu 85 sena.

Fis-snin Ħamsin, de Barro kien ġurnalist mat-Times, filwaqt li fis-snin Sittin kien editur tar-rivista “Il-Gwida”. Għal xi żmien ħadem anke max-Xandir Nazzjonali.

Ives de Barro kien miżżewweġ u kellu żewġt itfal.