Ftit jiem ilu, l-Island Car Club organizzat ir-raba’ rawnd tal-kampjonat Enemed tal-Hillclimb. Dan ir-rawnd sar fit-triq Dawret il-Mellieħa magħrufa mad-dilettanti bħala Pennellu u fih ħadu sehem 44 karozza f’diversi klassijiet u gruppi.
L-aħjar ħin tal-ġurnata kien ta’ 56.575 miksub minn Ivan Deidun fuq karozza bin-numru 548 u bis-sapport ta’ IDR Engineering, b’Deidun jirbaħ il-grupp 5 klassi 4. Fabio Baldacchino li kellu s-sapport ta’ Tony’s Bar, spiċċa fit-tieni post b’distakk minimu ta’ 0.222 ta’ sekonda. B’dan il-ħin hu rebaħ il-grupp 6 klassi 3. Darren Camilleri għamel it-tielet l-aħjar ħin ta’ 59.049 sekonda. Hu kellu s-sapport ta’ Rockstar u Gulf Oil u rnexxielu jirbaħ il-grupp 6 klassi 3.
L-Island Car Club qed tippjana li torganizza l-ħames rawnd tal-kampjonat il-Ħadd 27 ta’ Ottubru, fit-telgħa tal-Imtaħleb qrib l-Imġarr.
//= $special ?>