Lokali Qorti

L-Avukat Ġenerali ordnat jagħti kumpens ta’ €15,000 lil sid ta’ residenza minħabba nġustizzja

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni tagħha bħala Qorti Kostituzzjonali ordnat lill-Avukat Ġenerali jagħti kumpens ta €15,000 lil Joseph Camilleri peress li hu sofra minn inġustizzja dwar kirja ta’ residenza f’Ħal-Tarxien. Dan il-kumpens ingħata minħabba l-ksur imġarrab minn sid il-post meta kien qed jinkera.

Din id-deċiżjoni ngħatat mill-Imħallef Mark Chetcuti wara rikors ta’ Camilleri li sar sid il-post wara l-mewt ta’ ommu Lorenza Camilleri. Fit-30 ta’ Settembru 1985 dan il-fond ġie rekwizzjonat u wara, fl-4 ta’ Marzu 1986, ġie allokat b’kirja miżera favur ċerta Anni Mercieca, omm Dennis Fenech u Sylvia Fenech li kontrihom saret ukoll il-kawża.

Ingħad ukoll li eventwalment il-fond ġie derekwizzjonat biex baqgħu jgawdu mill-kirja imposta bil-protezzjonijiet tal-liġijiet speċjali tal-kera. Camilleri qal li l-kera “telgħet” għas-somma ta’ €211.66c fis-sena.
Peress li I-kera hija fissata bil-liġi u ma tistax tinbidel, minkejja li l-prezzijiet fis-suq dejjem għolew u llum il-ġurnata teżisti diskrepanza mhux żgħira bejn il-kera annwali tal-fond u l-kera li kien igib f’suq hieles.

Mir-rapporti li saru llum il-ġurnata I-istess residenza għanda valur ta’ €3,600 fis-sena. Ir-residenza ghandha wkoll valur fuq is-suq miftuħ ta’ €70,000. Minkejja li skont l-Att X tas-sena 2009 kienet saret sabiex ittaffi d-diskriminazzjoni u l-ingustizzji li l-liġi speċjali tal-kera kienet toħloq fil-konfront tass-sidien ta’ proprjeta.

Din I-istess liġi bl-ebda mod ma għenet lil Camilleri peress li ma taffettwax il-kera tal-post u bis-sahha tal-istess liġi, ulied Fenech x’aktarx se jkollhom il-jedd li jirtu l-kirja.

Għaldaqstant bl-istat li hija l-liġi Camilleri ma għandux speranza reali Ii qatt jikseb jew il-pussess effettiv tal-istess fond tul hajtu. B’dan il-mod ġie u qed jiġi mċaħħad mit-tgawdija tal-proprjetà tiegħu mingħajr ma qed jingħata kumpens xieraq ghat-teħid tal-pussess tal-istess residenza, u dan peress li I-kera li titħallas bl-ebda mod ma hija qrib il-valur reali tal-istess fond.

Il-Qorti qalet li ma sofra ebda ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu kif protetti bl-artikolu 14 tal-Konvenzjoni, iżda l-għan prinċipali tal-proċeduri huwa li jiġi determinat jekk Camilleri sofriex leżjoni tad-dritt fundamentali tieghu, u f’każ affermattiv, li jingħata rimedju opportun.

Il-Qorti sabet li hemm vjolazzjoni taht l-artikolu 37 tal-Kostituzzjoni u l-Ewwel Artikolu tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni. Għalkemm l-intimati Fenech isostnu li Camilleri ma talabx formalment l-iżgumbrament tagħhom
tfisser huma għandhom jirritornaw il-fond lilu u b’konsegwenza ta’ hekk
ikollhom jiġu żgumbrati.

Fenech qalu li t-teħid tal-fond mingħandhom jirriżulta li jkun leżiv tad-drittijiet fundamentali tagħhom, anke għax ilhom jabitaw fih ghal dawn l-ahhar 23 sena bħala l-fond ta’ residenza tagħhom u ż-żewġ uliedhom, għamlu fih spejjeż konsiderevoli, nkluż dawk għal spejjeż straordinarji matul dawn is-snin biex il-post inżamm fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni. .

Wara li qieset ic-ċirkostanzi kollha tal-każ, il-Qorti ordnat kumpens ghall-vjolazzjoni tal-jeddijiet ta’ Camilleri fl-ammont ta’€15,000. Il-Qorti qalet ukoll li huwa obbligu tal-Istat, u mhux tal-inkwilin, li jassigura li ma jkunx hemm vjolazzjoni