Rugby Sport

L-Irlanda tikseb punt żejjed li jista’ jkun determinanti

(Ritratt: World Rugby)

L-Irlanda baqgħet b’ċans li tavvanza għall-kwarti tal-finali b’rebħa ta’ 35-0 kontra r-Russja f’Kobe. L-Irlandiżi issa għandhom disat ijiem jippreparaw qabel l-aħħar impenn f’Pool A kontra Samoa. Rebħa b’punt żejjed kontrihom tfisser post mal-aħħar tmienja.

Rob Kearney, Peter O’Mahony u Rhys Ruddock skorjaw tries fl-ewwel taqsima qabel Andrew Conway assigura l-punt żejjed fit-62 minuta. Garry Ringrose ssiġilla r-rebħa lejn it-tmiem.

Din il-logħba ħarġet id-differenza evidenti bejn iż-żewġ timijiet. Filwaqt li r-rebħa qatt ma kienet f’dubju wara t-try ta’ Kearney wara żewġ minuti, il-partita ma laħqitx xi livelli kbar.