Permezz ta’ stqarrija ġejna infurmati li l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia kellu inċident f’daru stess u sofra ġrieħi f’rasu meta waqa’.
Il-Ministru Michael Farrugia nżamm għall-osservazzjoni fl-Isptar Mater Dei u aktar tard mistenni li joħroġ mill-isptar.
Intqal li hu se jkun indispost għall-ġranet li ġejjin.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, f’post fuq Facebook, awgura fejqan ta’ malajr lil Michael Farrugia.
