Futbol Sport

Paul Pogba mhux se jilgħab illum kontra AZ Alkmaar

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder ta’ Manchester United Paul Pogba se jitlef il-logħba tal-lum kontra AZ Alkmaar minħabba li jinsab imweġġa’. Il-midfielder ta’ 26 sena rritorna l-ġimgħa kontra Rochdale fil-League Cup u anki lagħab it-Tnejn li għadda kontra Arsenal iżda jidher li għad għandu problemi f’siequ.

Fi stqarrija, Manchester United qalu li wara opinjoni ta’ speċjalist, Pogba għandhom bżonn perjodu ta’ aktar mistrieħ u trattament konservattiv għall-injury li sofra f’siequ fil-logħba kontra Southampton f’Awwissu li għadda.

Il-winger Anthony Martial u d-difensuri Luke Shaw, Phil Jones u Aaron Wan-Bissaka wkoll se jitilfu l-konfront tal-lum. Manchester United rebħu l-ewwel logħba fi Grupp L kontra Astana 1-0. Diogo Dalot u ż-żagħżugħ Angel Gomes huma għad-dispożizzjoni.