Wara l-istorja ta’ Jeffrey Schembri, illi kienet żvelata matul is-sajf minn Net News, issa wasal ukoll rikonoxximent tant mistħoqq għal dan ir-raġel Żurrieqi.
Schembri huwa l-perunsa li f’Awwissu li għadda salva l-ħajja ta’ koppja barranija li kienu f’diffikultà.
Waqt il-btala tagħhom f’pajjiżna, din il-koppja Brittannika kienet inħasdet minn mewġa li ħatfithom minn fuq il-blat u kaxkrithom fil-baħar.
F’dawk li dehru bħala mumenti interminabbli, ir-raġel, li jbati ukoll bl-ażma, kien qalilna li fi ftit sekondi waqt l-inċident ra ħajtu għaddejja minn quddiem għajnejh.
Net News kien iltaqa’ ma’ John u Gail Kelly, imma ukoll ma’ wieħed mill-eroj li rriskja ħajtu biex salvahom; Jeffrey Schembri.
Issa, din l-azzjoni ta’ Schembri ingħatat rikonoxximent mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq għall-kuraġġ li wera meta intervjena mal-ewwel meta ra l-inċident iseħħ quddiem għajnejh f’Wied iż-Żurrieq.
//= $special ?>