Il-kowċ nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-konfront tal-10 ta’ Ottubru li ġej kontra l-Finlandja f’Turku. Din il-logħba se tkun it-tielet waħda mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew. Sa issa t-tim Malti kiseb draw ta’ 0-0 kontra l-Irlanda ta’ Fuq u telfa ta’ 4-0 fl-Ukrajna.
Minn dawn iż-żewġ logħbiet, kien hemm tliet bidliet. Il-midfielder ta’ Valletta Shaun Dimech, id-difensur ta’ Senglea Athletic Dejan Debono u l-midfielder ta’ Pietà Hotspurs Nicholas Pisani ssejħu għall-ewwel darba għall-partita kompetittiva. Aidan Friggieri ta’ Gudja United u Connor Zammit ta’ Senglea Athletic jinsabu mweġġgħin.
Il-Finlandja kellha bidu pożittiv hekk kif għelbet 2-0 lill-Ukrajna barra minn darha u spiċċat 1-1 kontra l-Irlanda ta’ Fuq.
Skwadra Maltija
Gowlkipers: Timothy Aquilina (Gudja United), Andreas Vella (Mosta)
Difensuri: Jean Borg (Valletta), Zachary Cassar (Gudja United), Dejan Debono (Senglea Athletic), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Nicholas Pulis (Valletta), Zachary Grech (Balzan), Gary Camilleri (Tarxien Rainbows)
Midfielders: Myles Beerman (Hibernians), Shaun Dimech (Valletta), Marcus Grima (Balzan), Jamie Zerafa (Santa Lucia), David Xuereb (Senglea Athletic), Nicholas Pisani (Pietà Hotspurs), Jan Tanti (Senglea Athletic), Ayrton Attard (Hibernians)
Attakkanti: Jan Busuttil (Floriana), Zachary Brincat (Mosta), Omar Elouni (Santa Lucia)
//= $special ?>