Lokali

274 tifel u tifel jinsabu f’foster homes

274 il-tifel u tifel qed jingħataw ċans għal ħajja differenti minn dik li kellhom, fi ħdan familja ġdida.  Huma 217 il-foster carers li bħalissa qed irabbu tfal li mhumiex imwielda lilhom imma li huma laqgħu fi djarhom u qed irabbuhom daqs li kieku kienu tagħhom.

Iżda bħalissa f’pajjiżna għad hemm 284 tifel u tifla li qegħdin jittrabbew fi djar tat-tfal taħt il-kura tal-Istat.

Waqt konferenza tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali, Alfred Grixti, iċ-Chairman Eżektutiv tal-Fondazzjoni qal li minkejja li dawn it-tfal qed jingħataw kura tajba ferm fl-istituzzjonijiet, madankollu ikun dejjem aħjar jekk ikunu jistgħu jingħataw l-opportunità li jgħixu f’nukleu ta’ familja.

Hu spjega kif l-Aġenzija Appoġġ nediet kampanja biex tinkoraġġixxi aktar persuni biex jiffosterjaw, u din il-kampanja kellha riżultati tajbin ħafna, hekk kif is-sena li għaddiet kienu  133 il-persuni li urew interess li jifforsterjaw meta mqabbla mal-74 tas-sena ta’ qabel;.

Josephine Muscat, Operations Manager fi ħdan is-Sezzjoni tal-Adozzjoni u l-Fostering tal-Appoġġ, qalet li hemm ħafna nies li għandhom l-abbiltajiet li jkunu foster parents tajbin u ħeġġithom biex javviċinaw lill-Aġenzija sabiex anke huma jkunu jistgħu jagħtu opportunità lil tifel jew tifla li jkollhom familja ġdida.

Tkellem ukoll Matthew Vella, Chairman Eżekuttiv tal-Awtortità għall-Istandards li qal li l-Awtorità kienet impenjata bi 800 spezzjoni din is-sena.

Wara li saru li dawn l-ispezzjonijiet, saru wkoll rakkomandazzjonijiet u  follow ups biex jiġi assigurat li t-tfal qegħdin f’ambjent san u li jagħtihom l-aqwa ċansijiet

Il-liġi tal-fostering f’pajjiżna ddaħlet fl-2007 fi zmien Gvern Nazzjonalista u l-Aġenzija Appoġġ u l-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali jibqgħu jaħdmu fuq kampanji ta’ Edukazzjoni u biex iħajru lil persuni li jixtiequ jiffosterjaw biex javviċinawhom u joffru ħajja aħjar lil tfal li sal-lum għadhom biss joħolmu li jkollhom familja tagħhom.