Żagħżugħ Brittaniku ġie arrestat wara li saret tfittxija għalih fi Triq Enrico Mizzi, fir-Rabat, Għawdex.
Fil-pussess tal-barrani ta’ 18-il sena instabu ammont ta’ droga suspettata kannabis lesta sabiex tiġi traffikata kif ukoll numru ta’ oġġetti oħra relatati mad-droga.
Il-Brittaniku mistenni jitressaq b’arrest il-Qorti t’Għawdex fis-sigħat li ġejjin akkużat fost oħrajn li kkommetta t-tali reati f’distanza ta’ inqas minn mitt metru ta’ post fejn jiltaqgħu ż-żagħżagħ u li sar reċediv.
//= $special ?>