Il-mara tal-ħaddiem mal-pulizija li massakra erba’ kollegi fil-kwartieri-ġenerali tal-korp f’Pariġi qalet li żewġha, f’lejliet il-massakru, deher ibati minn forma ta’ psikożi, fejn spiċċa jitkellem b’mod intelliġġibbli waqt li rrefera ‘għall-ilħna’ li seta’ jisma hu biss.
Mickael Harpon – speċjalista tal-IT li kien ilu mal-korp għal 16-il sena — spiċċa maqtul minn kollegi armati fil-bitħa tal-kwartieri-ġenerali tal-pulizija waqt li, għalissa, ma tressqux akkużi kontra l-mara tiegħu li qed tinżamm mill-qawwiet tal-liġi.
Il-mara żvelat li żewġha kellu d-diżgwid mas-superjuri tiegħu meta l-uffiċjali Franċiżi għadhom qed jippruvaw jiffissaw skop konkret għall-massakru. L-Uffiċjali tal-union tal-pulizija anki ssuġġerew li Harpon seta’ kien involut f’tilwima fuq il-post tax-xogħol.
L-aggressur, nhar il-Ħamis, daħal fil-kwartieri fejn beda jattakka lill-kollegi b’sikkina bil-konsegwenza li qatel tlieta f’żewġ uffiċini, flimkien ma’ mara li inzerta fuq it-taraġ, Kien ftit wara li l-qattiel intlaqat minn tiri fatali li sparalu pulizija. Ir-rapporti qalu li l-ħames persuna li spiċċat kritikament feruta fl-attakk kellha tgħaddi minn kirurġija urġenti.
Intant, illum kienet osservata minuta silenzju fil-kwartieri-ġenerali tal-pulizija b’rispett tal-erba’ membri tal-istaff maqtula.
//= $special ?>