Il-Kap Eżekuttiv ta’ Hong Kong, Carrie Lam, introduċiet liġi ta’ emerġenza taż-żmenijiet kolonjali biex tipprojbixxi l-ilbies tal-maskri tal-wiċċ waqt id-dimostrazzjonijiet fil-pubbliku.
Il-miżura tħabbret bħala konsegwenza tal-mewġa ta’ vjolenza tal-Ewwel ta’ Ottubru li karatterizzat is-70 anniversarju tat-Tmexxija komunista fiċ-Ċina.
Carrie Lam insistiet li l-vjolenza, li ilha għaddejja x-xhur, qed teqred lil Hong Kong u li l-awtoritajiet lokali ma jistgħux jippermettu li s-sitwazzjoni taqleb għall-agħar.
Il-projbizzjoni għall-maskri tal-wiċċ għandha tidħol fis-seħħ, uffiċjalment, minn għada iżda l-osservaturi jemmnu li jkun diffiċli xorta biex wieħed jinforza din ir-regola, li hi ferm kontroversjali.
Fil-fatt, id-dimostranti reġgħu ħarġu bil-maskri fit-toroq anki waqt li bdiet tinfirex l-aħbar tal-projbizzjoni.
Huma, fl-istess ħin, sejħu biex ċittadini oħrajn jagħmlu bħalhom u jisfidaw lill-Gvern ta’ Hong Kong fil-miftuħ, permezz ta’ aktar dimostrazzjonijiet pubbliċi.
Il-kritiċi tal-Gvern lokali u ċ-Ċina jinwetaw li t-Tmexxija fit-territorju semi-awtonomu qed issir ‘aktar awtoritarja’ waqt li wissew li l-projbizzjoni tal-maskri kapaċi tkun l-ewwel ‘fost sensiela ta’ direttivi dittatorjali għal Hong Kong’.
//= $special ?>