Dalgħodu l-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg indirizza konferenza mtella’ mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi. Konferenza dwar l-ippjanar.
Staqsejna lill Ministru Borg jekk kienx hemm xi bidla fil-politika tal-Gvern dwar l-ippjanar. Dan wara li l-Prim Ministru kien stqarr li ma jaqbilx mal-ippjanar fit-tul, imma Ian Borg ma setax jiftakar min u meta kien qal hekk.
Net News fakkru li kien propju l-Prim Ministru li stqarr dan fil-Laqgħa Annwali Ġenerali tal-MDA, b’Ian Borg jerġa jgħid li l-Prim Ministru ma qalx hekk u jħeġġiġna nuru l-Prim Ministru jagħmel din l-istqarrija.
Staqsejnih ukoll dwar it-traffiku, li minkejja t-twessigħ tat-toroq f’diversi bnadi, mhux talli ma batta xejn, talli f’ċertu zoni kompla ggrava. Iżda għal mument, bit-tweġiba tiegħu bilkemm ma tibdiex taħseb li l-Ministru qed jgħix f’xi pajjiż differenti.
Kull min juża t-toroq tagħna jaf li l-verità hi li ta’ kuljum triqatna jkun miżgħuda u maħnuqa b’numru dejjem jikber ta’ vetturi ta kull tip li jqattgħu is-sigħat jivvjaġġjaw minn post għall ieħor. Sitwazzjoni li qed tkun il-kaġun ta’ ħafna frustrazzjoni u rabja fit-toroq.
Imma l-Ministru Ian Borg, dan kollu, donnu ma jesperjenzahx.
//= $special ?>