MALTA…………………0
ITALJA…………………2
Malta: J. Xuereb, E. Lipman, S. Farrugia, D. Theuma (A. Said 59’), R. Cuchieri, M. Farrugia, S. Zammit, J. Flask, C. Zammit, B. Borg (E. Xuereb 71’), N. Sciberras (J. Turner 82’)
Italja: L. Giuliani, V. Bergamaschi, S. Gama, A. Galli, G. Marinelli (C. Girelli 46’), E. Bartoli (A. Guagni 84’), S. Tarenzi (M. Rosucci 63’), L. Fusetti, V. Giacinti, V. Cernoia, M. Giugliano
Imwissija: J. Flask 47’ (M)
Skorjaw: E. Bartoli 69’, C. Girelli 90’ (I)
Referee: Ivana Projkovska (MKD)
Assistenti Referees: Biljana Atanasovski, Elena Soklevska Llievski (MKD)
Attendeza: 764
It-tielet logħba mill-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropew li se jsiru fl-Ingilterra fl-2021, ġabet it-team li wasal sal-kwarti finali tat-Tazza tad-Dinja, l-Italja, f’Malta fejn affrontaw lit-team tan-nisa Malti mmexi minn Mark Gatt.
Fost l-ismijiet Maltin, jispikkaw bla dubju dawk ta’ Nicole sciberras ta’ Juventus, Rachel Cuschieri ta’ PSV Eindhoven, Shona Zammit ta’ Pink Bari u Maria Farrugia ta’ Sunderland.
B’lista ta’ plejers li jilgħabu mal-aqwa timijiet fl-Italja, fosthom Juventus, Inter, Milan u Roma, it-team immexxi minn Milena Bertolini, sabha diffiċli biex jippenetra kontra team Malti li kien kumpatt mill-bidu sal-aħħar. Il-prestazzjoni eċċezzjonali tal-goalkeeper Janice Xuereb kienet kruċjali biex l-iskor baqa’ wieħed żgħir.
Ir-riħ fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali kien fattur li affettwa l-partita iżda għalkemm it-Taljani kienu dominanti, il-Maltin qatgħu figura tajba ferm. Minkejja li r-riżultat kien dak ta’ telfa.
It-Taljani bdew jippressaw sa mill-ewwel sekondi u wara tliet minuti huma fallew ċans tad-deheb meta mill-kaxxa mmiraw għoli. Żewġ minuti wara kienet Janice Xuereb li nterċettat kross perikoluż mil-lemi qabel il-Maltin ħelsu mill-perklu.
Il-goalkeeper Maltija reġgħet kienet protagonista meta salvat tajjeb xutt mid-distanza ta’ Aurora Galli fid-19-il minuta.
Fis-26 minuta, xutt simili ta’ Galli reġa’ kien salvat minn Xuereb, din id-darba f’żewġ tentattivi.
Il-goalkeeper ta’ Birkirkara reġgħet salvat lill-Maltin fil-35 minuta meta kienet pronta ħarġet minn postha u laħqet il-ballun qabel Valentina Giacinti li kienet żmarkata tajjeb mid-difensuri sħabha.
Freekick ta’ Valentina Cernoia kien ċentrali u faċli għal Xuereb li salvat bla problemi wara li l-ħajt tal-Maltin imblokka x-xutt inizjali.
Fl-40 minuta waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ Malta meta Maria Farrugia għamlet xogħol tajjeb fin-nofs qabel żmarkat lil Brenda Borg li minn pożizzjoni angolata, waħedha u mingħajr pressjoni pruvat għal-lasta iżda falliet il-mira.
Tliet minuti wara, Dorianne Theuma, mejjuna mir-riħ pruvat dirett freekick mil-bogħod li iżda ma ħoloq l-ebda problemi għall-goalkeeper ta’ Juventus Laura Giuliani.
Mas-siegħa logħob Xuereb għamlet dak li deher impossibli u mblukkat ix-xutt tal-attakkanta ta’ Inter, Stefania Tarenzi li sabet ruħha waħedha quddiem il-goalkeeper u ħadd ma stenna li se tfalli iżda l-Maltija kellha ideat oħra.
Fil-65 minuta, protagonista u eroj għat-tfajliet Maltin reġgħet kienet Xuereb meta salvat id-daqqa ta’ ras ta’ Valentina Bergamaschi li kienet imċaħħda minn qagħda ideali.
Il-pressjoni kontwinwa tal-Italja sarrfet f’gowl fid-69 minuta meta ELISA BARTOLI ta’ Roma daħlet tajjeb fil-kaxxa, għamel spazzju għaliha nnifisha qabel xeħteħ fir-rokna.
Minn hawn, it-Taljani komplew ifittxu li jkabbru l-iskor iżda l-goalkeeper Maltija baqgħet issalva ballun wara l-ieħor b’mod speċjali fl-aħħar ħames minuti li għal darba darbtejn wetqet sejvs spettakolari.
Kien biss fl-aħħar sekondi li t-Taljani rrduppjaw meta ngħataw penalty għal handball fil-kaxxa. Mill-11-il metru CRITIANA GIRELLI għalqet il-partita.
//= $special ?>