Lokali Mużika

Ira Losco, The Travellers u Red Electrick bl-aktar nominazzjonijiet għal-Lovin Music Awards

Tliet ijiem ċans qabel tagħlaq il-votazzjoni

Kollox jinsab lest biex fit-19 t’Ottubru li ġej jiġu preżentati l-unuri waqt is-serata Lovin Music Awards. Dan hekk kif fadal biss 3 ijiem ċans biex il-pubbliku jivvota qabel jagħlqu n-nominazzjonijiet.

Sa issa fuq quddiem nett fin-numru ta’ nomini hemm il-kantanta Ira Losco, u l-bands The Travellers u Red Electrick.

Ira Losco tinsab nominata f’sitt kategoriji – l-aqwa kanzunetta, l-aqwa solista, l-aqwa prestazzjoni live, l-aqwa artista pop, l-aqwa video mużikali, u l-aqwa kollaborazzjoni għall-kanzunetta ‘Hey Now’ ma’ Owen Leuellen.

Il-votazzjoni qed issir fuq www.lovinmusicawards.com filwaqt li s-serata finali se ssir f’post ġdid f’Raħal Ġdid bl-isem WH21.