Futbol Sport

Michael Mifsud parti mill-iskwadra nazzjonali ta’ 26 plejer

Michael Mifsud fl-azzjoni fil-partita kontra l-Gżejjer Faroe (Ritratt: Paul Zammit Cutajar.MFA)

Il-kowċ nazzjonali Malti Ray Farrugia sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 26 plejer għaż-żewġ impenji li t-tim nazzjonali għandu kontra l-Iżvezja u l-Gżejjer Faroe. Dawn il-logħbiet jagħmlu parti minn Grupp F għall-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tas-sena d-dieħla.

Malta tilgħab kontra l-Iżveja fit-12 ta’ Ottubru fl-Istadium Nazzjonali qabel vjaġġ lejn il-Gżejjer Faroe tlett ijiem wara. Sa issa, Malta għandha tliet punti minn sitt logħbiet u tinsab qabel il-Gżejjer Faroe filwaqt li l-Iżvezja tinsab fit-tieni post bi 11-il punt.

L-iskwadra magħżula hi simili għall-aħħar għażla ta’ Farrugia għal kontra n-Norveġja u r-Rumanija. Tispikka l-għażla tad-difensur ta’ Sliema Wanderers Kurt Shaw li ġie promoss mill-iskwadra ta’ taħt il-21 sena filwaqt li d-difensur ta’ Valletta Jonathan Caruana reġa’ jinsab fl-iskwadra wara li tilef l-aħħar żewġ logħbiet minħabba li kien imweġġa’. Plejer ieħor li reġa’ jinsab fl-iskwadra, hu l-veteran Michael Mifsud li ma kienx parti mit-tim fuq għażla teknika fl-aħħar logħbiet.

Skwadra Maltija

Gowlkipers: Henry Bonello (Valletta), Justin Haber (Gżira United), Andrew Hogg (Birkirkara)

Difensuri: Andrei Agius (Hibernians), Ferdinando Apap (Hibernians), Steve Borg (Valletta), Jonathan Caruana (Valletta), Joseph Mbong (Hibernians), Karl Micallef (Ħamrun Spartans), Zach Muscat (SC Olhanense), Jurgen Pisani (Floriana), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Dexter Xuereb (Mosta) Joseph Zerafa (Valletta)

Midfielders: Triston Caruana (Ħamrun Spartans), Juan Corbalan (Gżira United), Paul Fenech (Balzan), Luke Gambin (Colchester), Jake Grech (Hibernians), Nikolai Muscat (Gżira United), Rowen Muscat (Valletta), Dunstan Vella (Hibernians)

Attakkanti: Alfred Effiong (Balzan), Jean Paul Farrugia (Sliema Wanderers), Michael Mifsud (Birkirkara), Kyrian Nwoko (Valletta)