Il-Qorti tal-Appell rrevokat sentenza li kienet ordnat lill-ġurnal ‘The Malta Independent’ iħallas €3,000 f’danni wara libell li kienu għamlu lill-ġurnal in Brian Tonna u Karl Cini. L-Imħallef Anthony Ellul qal fid-deċiżjoni tiegħu li l-mistoqsijiet li għamel il-ġurnal dwar il-Panama Papers kienu “aktar minn leġittimi.”
Dan ħareġ f’sentenza li ngħatat wara li l-ġurnal kien appella minn sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati li klien sab lil Pierre Portelli, David Lindsay u Stephen Calleja għan-mon tal-Independent ħatja li kienu nġurjaw lil Tonna u lil Cini.
“Huwa dmir importanti għall-media li taġixxi bħala gwardjan fuq dawk li jagħmlu parti mill-ħajja pubblika u jirrapportaw stejjer li huma ta’ nteress pubbliku,” qalet il-Qorti tal-Appell, li ddikjarat li dan il-materjal kien ta’ interess pubbliku.
“Kull ma għamel il-ġurnal kien biss li rrapporta dak li Caruana Galizia kienet kitbet fil-blog tagħha. Il-fatt li d-dokumenti kienu ħarġu minn fergħa li kienet ilha li għalqet, ovvja li dan qajjem mistoqsija leġittima rigward l-awtentiċità tagħhom.
“Il-fatt li l-artiklu qal li jekk id-dokumenti huma ffalsifikati, għandhom ikunu suġġetti għal sanzjonijiet mill-MFSA mhwiex defamatorju, qalet il-Qorti, minħabba li huwa ovvju li kienu d-dokumenti kienu mbgħabsa, allura kien ikun hemm riperkussjonijiet”, qalet il-Qorti tal-Appell.
L-ewwel Qorti preseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale kienet iddikjarat li l-gazzetta kienet irriproduċiet, kważi kelma b’kelma post fuq il-‘blog’ ta’ Daphne Caruana Galizia fejn kien ingħad li l-allegazzjonijiet li kienet għamlet hi, l-ġurnal kien għamilhom tiegħu.
Dan biex tiġi affermata l-allegazzjoni li Keith Schembri u Malcolm Scerri kienu għamlu użu minn dokumenti falsifikati biex jiftħu kumpaniji ‘offshore’.
Minkejja li ma kienx editur Portelli kellu jġorr fuqu ftit mir-responsabbilità għall-artiklou minħabba li hu kien għamel kuntatt mal-Kap tal-Kommunikazzjoni tal-bank HSBC u ngħad lil li l-każ kien biss sempliċi żball amministrattiv. L-argumentazzjoni fl-appell kien sar fuq fost affarijiet oħra, li l-ewwel Qorti kienet għamlet żball għall-mod kif kienet interpretat ix-xhieda ta’ rappreżentant tal-HSBC.
Barra minn hekk il-kummenti ta’ terzi kienu sempliċiment jirriflettu nformazzjoni li kienet diġa fid-dominju pubbliku, qal il-ġurnal.
Il-Qorti tal-Appell eżaminat kif seħħew l-affarijiet fejn fit-8 ta’ Mejju 2016,
‘The Malta Independent on Sunday’ kienet ippublikat artiklu bit-titlu “Panama Papers: HSBC investigation expected into alleged fraudulent documents vouching for Keith Schembri and Malcolm Scerri”.
Fl-istess ġurnata, fil-portal ta’ l-istess ġurnal, kien ippubblikat artiklu ieħor intitolat “Updated: Keith Schembri, Malcolm Scerri deny fraudulent documents allegations”. L-ebda artiklu ma kellu xi isem tal-awtur.
L-ewwel artiklu kien jgħid li l-HSBC kienet mistennija li tvara nvestigazzjoni fuq il-possibilità ta’ preżentazzjoni ta’ dokumenti ffrodati li jikkonċernaw iċ- Chief of Staff tal-Prim Ministrru Keith Schembri u Malcolm Scerri, l-general manager tal-kumpanija li s-sid tagħha huwa Schembri stess, Kasco Ltd, u dan minn sorsi li kienu qalu lill-kamra tal-aħbarijiet tal-Independent.
L-artiklu kien relatat ma’ ‘blog post’ fuq is-sit ta’ Daphne Caruana Galizia, fejn żewġ dokumenti datati ta’ Mejju, 2013 fuq letterhead tal-HSBC, li kienu ntitolati“Information Report.”
Fihom kien ġie dikjarat li Keith Schembri u Malcolm Scerri kienu magħrufa mal-bank għal numru ta’ snin.“…. bħala onesti u ta’ min jafdahom u huwa ftit iċ-ċans li dawn jidħlu f’impenn li ma kienux lesti li jwettqu. Huma persuni ta’ stima fiċ-ċirku tan-negozju u kkunsidrati wkoll li għandhom relazzjoni tajba fin-negozju”.
L-indirizz għal fergħa tal-HSBC f’Attard kienet printjata fuq id-dokumenti, qalet il-Qorti. “Għalhekk taw l-impressjoni li dan kollu ħareġ minn dan l-uffiċċju. Iżda Caruana Galizia kitbet li kellha nformazzjoni li l-fergħa ta’ Ħ’Attard kien ilu li għalaq minn Frar tal-2012. Ix-xhud Franco Aloisio kien ikkonferma li l-fergħa kienet għalqet fil-15 ta’ Frar, 2012,”
Iż-żewġ dokumenti kienu ndirizzati lil BTI Management Limited, kumpaniji li tagħha Tonna u Cini kieneu Diretturi. L-unika referenza li saret fuqhom qalet il-Qorti, qalet il-Qorti kienet taqra: “Jekk dan huwa l-każ, azzjoni tista’ tittieħed mill-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji, li minn naħa tagħha tista’ tieħu azzjoni punittiva kontra d-Diretturi ta’ BTI Management Limited, li jinkludu wkoll lil Brian Tonna u Karl Cini. Iż-żewġt irġiel għandhom rabta ma’ Schembri u huma mplikati sew mal-Panama Papers.”
L-istorja wara kienet ġiet aġġornata minn ċaħdiet ta’ Schembri u Scerri li qatt ma kienu ppreżentaw dokumentazzjoni li kienet iffrodata. “Il-kummenti tal-gazzetta u li tistaqsi huwa aktar minn leġittimu. Il-fatt li ma saru l-ebda mistoqsijiet qabel il-publikazzjoni ma jfissirx li l-awturi u l-edituri huma ħatja ta’ defamazzjoni. Dan kien ikun il-każ li kieku l-gazzetta ħadet pożizzjoni u qalet li d-dokumenit kienu ġew falsifikati, li ma kienx il-każ”.
Il-ġurnata ta’ wara, qalet il-Qorti, l-HSBC kienet bagħtet email lil Schembri, fejn ikkonfermat li r-rapport li kien ħareġ mill-bank kien leġittimu u maħruġ taħt proċeduri normali. F’email interna tal-bank, l-uffiċjal li ħareġ ir-rapport kien spjega “dwar l-indirizz tal-bank ir-rapporti relattivi, dak iż-żmien, l-indirizz tas-CMB f’Ħal-Qormi ma kienx awtomatiku, iżda l-ewwel indirizz awtomatiku kien dak ta’ ħ’Attard.
Dan kien żball minn naħa tiegħu li ma għamiltix il-verifiki dwar l-indirizz tal-bank lejn l-aħħar tar-rapport”. Ġurnata wara, f’10 ta’ Mejju Tonna u Cini kienu għamlu libell. Fl-istess ġurnata l-avukati tagħhom kien talbu lill-ġurnal jirtiraw l-istorja u jagħmlu apoloġija.
Pierre Portelli kien qal li l-ġurnal kien lest li jippubblika dikjarazzjoni u fl-istess ħin imma kien qal ukoll li ma setax tagħmel apoloġija, mhux qabel il-bank jew il-klijenti ta’ Tonna u Cini juruhom id-dokumenti oriġinali.
Sadanittant l-istorja ma setgħetx tiġi rtirata minħabba li din l-istorja diġa hija esebita bħala parti mill-libell li sar kontra l-ġurnal. Fil-11 ta’ Mejju, il-ġurnal ippubblika artiklu bit-titlu“Updated: HSBC 2013 documents on Keith Schembri and Malcolm Scerri authentic, not fraudulent” li għalhekk kien spjegat dak kollu li ġara u li l-bank HSBC kien ħa r-responsabbilita kollha dwar il-każ.
Għalhekk il-kamra tal-aħnarijiet hija issa sodisfatta li fuq dan il-każ l-ebda mġiba ħazina ma għandha tiġi attribwita lil Keith Schembri u Malcolm Scerri, fuq il-konsulenti finanzjarji tagħhom Nexia BT. Din il-kamra tal-aħbarijiet aġixxiet in bona fide.
Fl-aħħar deċiżjon tagħha fuq il-każ, il-Qorti tal-Appell qalet li dan kollu jrid jittieħed fil-kuntest tar-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers li kienu l-aħbarijiet prinċipali kullimkien dak iż-żmien.
Peress li Keith Schembri kien iċ-Chief of Staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru u għalhekk wieħed mill-aktar viċini tiegħu, ikun ovvju għal kulħadd li meta wieħed isemmi il-Panama Papers u l-kumpaniji tiegħu fil-BVI dawn se jiġdbu l-mira tal-media.
L-istess japplika għal Tonna u Cini li mhux biss taw is-servizzi lil Keith Schembri, iżda anke huma stess kienu qegħdin jissemmew fil-Panama Papers.
Il-Qorti tal-Appell osservat li fiż-żewġ artikli ma kien hemm xejn libelluż fuq li ngħad fuq Brian Tonna u Karl Cini. Ir-rapporti kienu biss dwar fatti. L-ewwel Qorti żbaljat meta qalet li Pierre Portelli kien notifkat li l-kaz kien dwar żball amministrattiv u li dan ma nkludiehx fl-artiklu. Mix-xhieda tiegħu qalet il-Qorti ħareġ li Aloisio kien tkellem ma’ Portelli wara l-pubblikazzjoni tal-artiklu.
Tonna u Cini argumentaw li l-ġurnalisti kellhom jivverifikaw mal-HSBC qabel ma jippublikaw l-artiklu, imma huwa ovvju li l-bnk ma kienx se jagħti nformazzjoni fuq il-klijenti tagħha lill-media, qalet il-Qorti.
L-Imħallef qal li ma kellux dubju li l-artiklu mhux wieħed libelluż u għalhekk ġew revokati l-multi li ngħata l-ġurnal mill-ewwel Qorti. Ingħad li l-Independent kienet verament kawta għal kif irraportat l-aħbar.
Madankollu qalet ukoll li minkejja li r-rapporti saru kif suppost, il-kummenti fis-sezzjoni tal-portal kienu ‘free for all’ kif qed jiġri ta’ spiss.” Għaldaqstant il-portal kien parti responsabbli fuq il-kummenti li saru minn terzi u ordnat lill-ġurnal iħallas €500 f’danni li Cini u Tonna.
//= $special ?>