Wara li l-Imħallef Giovanni Grixti irrevoka deċiżjoni mogħtija mill-ewwel biex issir inkjesta dwar it-trasferiment li għamel il-Gvern fil-konfront tat-tliet sptarijiet li ngħataw lil Vitals Global Healthcare, il-grupp tas-soċjetà ċivili Repubblika ippreżenta rikors fil-Qorti tal-Maġistrati fejn qed tagħmel talba għal inkjesta oħra.
Ir-rikors ġie ppreżentat quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke u minkejja li hemm xi similarità fil-ġist tiegħu ġew prezenatati dokumenti ġodda relatati ma’ dak li Repubblika qed tgħid inkjesta Maġisterjali li għandha ssir biex toħroġ il-verità.
L-għaqda Repubblika qalet li reġgħet talbet lill-avukat tagħha Jason Azzopardi biex jerġa’ jitlob għal inkjesta oħra. Huma aġġornaw it-talba tagħhom b’aktar informazzjoni li ħarġet wara li kienu għamlu l-ewwel talba tagħhom, ukoll fil-Qorti tal-Maġistrati.
Il-każ jiċċentra fuq il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, l-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi u l-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona fejn it-talba hija li għandha ssir inkejsta Maġisterjali fuq it-trasferiment tal-isptarijiet St Luke’s, Karin Grech u l-isptarijiet ta’ Għawdex, xi ħaġa li kienet ġiet aċċettata mill-Maġistrati Claire Stafrace Zammit, iżda miċħuda fl-appell li sar mit-tliet Ministri stess.
Oriġinarjamnent it-talba kienet saret mill-grupp tas-soċjetà ċivili Repubblika f’applikazzjoni li kienu għamlu ta’150 paġna f’Mejju li għadda. L-attivisiti kienu ddeskrivew lill-Ministru li kienu qegħdin jiffaċilitaw ‘il-piraterija moderna’.
Il-grupp riedu li ssir inkjesta Maġisterjali biex jiġi stabbilit jekk hemmx kompliċità kriminali mit-tliet Ministri u Ivan Vassallo, sid ta’ kumpanija li tissuplixxi l-mediċini, fuq it-trasferiment tal-isparijiet.
Il-Ministri argumentaw li l-allegazzjonijiet kienu spekulattivi fin-natura tagħhom u saru minn persuni motivati politikament. Vassallo ma kienx appella mid-deċiżjoni kif għamlu l-Ministri.
//= $special ?>