Kmieni dalgħodu, meta ġie affaċjat bid-domandi tal-ġurnalisti dwar dak li qalet fil-Parlament Ewropew, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li kulħadd “għandu l-idea tiegħu”.
Dan mingħajr ma wera l-ebda sens ta’ rimors għan-nuqqas ta’ azzjoni minn naħa tiegħu meta faqqa’ l-iskandlu tal-Panama Papers – skandlu li fih issemmew l-ismijiet ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Wara aktar minn 3 snin jahrab il-verita, issa l-Ministru Konrad Mizzi spicca ghamel wahda mill-akbar u-turns fl-istorja politika ricenti ta’ pajjizna – u dwar l-iskandlu tal-Panama, qed jghid li anke hu kien jaġixxi different, bil-Partit Nazzjonalista fi stqarrija jgħid li l-unika dispjaċir li għandu Konrad Mizzi dwar dan kollu huwa li nqabad.
F’kummenti lit-Times, Konrad Mizzi jghid li illum ihares lura u kwazi kwazi bilkemm ma jridx jghid li jiddispjacih ghall-fatt li fetah kumpanija sigrieta fil-Panama u Trust fi New Zealand.
Dwar dan kollu…il-Prim Ministru kien skomdu 3 snin ilu, u jibqa’ skomdu llum.