Budget 2020 Ekonomija Lokali

“Wasal iż-żmien li nibdew nitkellmu dwar Living Income” – Alleanza Kontra l-Faqar

L-Alleanza Kontra l-Faqar (AKF) tressaq il-proposti tagħha għall-Budget 2020

Wasal iż-żmien li nibdew naħdmu biex indaħħlu l-Living Income u li s-suġġett jitla’ fuq platforms nazzjonali. Dan għaliex il-ftit żidiet li saru s’issa fil-pagi u l-benefiċċji mhumiex biżżejjed biex iwieġbu għall-bżonnijiet ta’ min hu bi dħul baxx ħalli jirnexxilu jgħix ħajja diċenti.

Hekk stqarret l-Alleanza Kontra l-Faqar meta llum preżentat sensiela ta’ proposti għall-Budget 2020.

L-AKF temmen li għandu jiġi kkalkulat il-Living Income li jagħmel tajjeb għall-bżonnijiet ta’ ħajja diċenti. L-Alleanza tinsisti li l-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi qed jogħlew b’rata akbar miż-żieda għall-għoli tal-ħajja, u allura s-saħħa tax-xiri tal-individwu qed jonqos u mhux jiżdied.

L-AKF qed tipproponi li l-Gvern jikkalkula rati ta’ inflazzjoni għal kategoriji ta’ gruppi soċjali differenti. Dan għaliex l-mod kif qed tiġi ikkalkulata l-COLA, b’rata waħda għal kulħadd, hi inġusta ma’ min għandu dħul baxx.

L-Alleanza tipproponi wkoll reviżjoni serja tal-bżonnijiet mediċi tal-pensjonanti u reviżjoni tal-pensjonijiet.

Dan apparti l-fatt li għal darb’oħra qed jipproponu li t-tfal li jgħixu f’ambjent prekarju u mhux dinjituż għaliex l-omm ma tkunx taħdem, dawn ikunu it-tfal ikunu jistgħu jmorru fiċ-childcare centres bla ħlas. L- AKF temmen li proposta bħal din tikkontribwixxi għal ħajja futura soċjali tagħhom.