Lokali

Żagħżugħ ta’ 14-il sena jittajjar f’Ħal Tarxien

Ritratt: Martin Agius

Dalgħodu għall-ħabta tat-8.00am, żagħzugħ ta’ 14-il sena minn Ħal Tarxien safa mtajjar minn raġel ta’ 74 sena.

L-inċident seħħ fi Triq Tal-Barrani Ħal Tarxien, meta l-anzjan, raġel mill-Pietà, li kien qed isuq karozza tat-tip Nissan Qashqai tajjar it-tifel li kien miexi fit-triq.

Fuq il-post waslu l-Pulizija tad-Distrett kif ukoll ambulanza b’tim mediku li ħadu lit-tifel l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tiegħu għada mhux magħrufa.

IL-Pulizija għada qed tinvestiga.