Rapport: George Cassar
BALZAN………………. 1 GUDJA UNITED……………… 0
Balzan: S. Mintoff. I. Bozovic, S. Bezzina, A. Loof, A. Kosoric, N. Sljivic, S. Pisani, A. Faria (Z.C, Grech 88’), R. Correa (R. Scicluna 79’), S. Dimic, A. Effiong
Gudja: T. Aquilina, J, Grioli, A. Miranda, J. Bolanos, J. Bondin, A. De Barros, D. Grima (T. Al Mahrooqi 64’), H. Vella, L. Cremona (M. Jimenez 72’), G. Mensah (P. Sammut 83’), R. Winchester
Imwissija: L. Cremona 46’ (G), J. Bondin 68’ (G), J. Bolanos 69’ (G), I. Bozovic 69’ (B), S. Mintoff 92’ (B), R. Scicluna 93’ (B)
Skorja: A. Faria 60’ (B)
Referee: Stefan Pace
Assistenti Referees: Mitchell Scerri, Ivan Galea
Il-mument Plejer tal-logħba: Ricardo Correa (Balzan)
BOV Plejer tal-logħba: Ricardo Correa (Balzan)
Gowl wara siegħa ta tliet punti lil Balzan li, minkejja li m’għamlux affarijiet kbar, kienu biżżejjed biex qalgħuhom mill-aħħar postijiet. Din kienet it-tieni rebħa tal-kampjonat għal Balzan wara dik li kisbu fl-ewwel ġurnata, filwaqt li ħallew lil Gudja United ikomplu jfittxu l-ewwel rebħa tagħhom fil-Premier wara li s’issa kisbu erba’ paritajiet.
Il-partita kienet nieqsa mill-konklużjonijiet hekk kif f’nofs il-grawnd taż-żewġ timijiet kien hemm plejers distruttivi imma ma kienx hemm oħrajn kostruttivi li joħolqu l-azzjonijiet. Matul il-partita wieħed seta’ josserva li fuq il-bankina ta’ Balzan il-kowċ Jacques Scerri baqa’ kważi l-ħin kollu bilqiegħda u l-istruzzjonijiet lill-plejers beda jagħtihom l-assistent Andrea Pisanu li kien hu li qagħad bilwieqfa viċin il-pitch.
Fil-lasti ta’ Balzan lagħab għall-ewwel darba f’dan il-kampjonat Sean Mintoff minflok il-gowlkiper tas-soltu Kristijan Naimovski. Paul Fenech kien ukoll nieqes mill-formazzjoni Balzanija minħabba li kien sospiż. L-aħjar azzjoni tal-ewwel taqsima waslet lejn in-nofs tagħha meta x-xutt ta’ Riccardo Correa ta’ Balzan kien salvat tajjeb f’korner wara titjira tajba tal-gowlkiper Timothy Aquilina.
Qrib is-siegħa logħob kien hemm ċans fuq kull naħa. L-ewwel kien Stefan Dimic ta’ Balzan li ġie f’pożizzjoni tajba u kkonkluda iżda x-xutt ġie salvat minn Timothy Aquilina. Fl-azzjoni ta’ wara kien hemm kontrattakk tal-plejer veloċi Rundell Winchester iżda dan ipprova jagħmel kollox waħdu u Augustine Loof laħaq iddefenda tajjeb. Balzan skurjaw l-uniku gowl tal-logħba mas-siegħa logħob meta Alfred Effiong daħal fil-kaxxa u żamm tajjeb il-ballun sakemm stenna lil ARTHUR FARIA MACHADO li daħal bil-ġirja u għadda l-ballun minn taħt il-gowlkiper Timothy Aquilina.
Erba’ minuti mit-tmiem Gudja pprotestaw għal penalty għal allegat fawl ta’ Nenad Sljivic fuq Juan Bolanos li ġab protesti mill-plejers ta’ Gudja li iżda kienu injorati mir-referee Stefan Pace. B’dan ir-riżultat Balzan issa jitilgħu f’nofs il-klassifika filwaqt li Gudju jridu japprofittaw mill-waqfa fil-kampjonat biex jippreparaw għall-kalendarju diffiċli li hemm jistenniehom b’konfronti kontra Valletta, Gżira United u Birkirkara.
//= $special ?>